Ejja nagħmlu mill-Kapitlu Nazzjonali okkażżjoni ta’ djalogu u tiġdid.
Il-membri kollha huma mħeġġa jissottomettu mistoqsijiet indirizzati lill-Ministru Ġenerali u lill-Assistent Ġenerali rigward l-operat taċ-Ciofs, il-formazzjoni, il-finanzi, il-qagħda tal-fraternitajiet lokali, ir-reklutaġġ ta’ membri ġodda, insomma dak kollhu li wieħed iħoss li għandu jistaqsi jew jesprimi biex l-Ordni u l-ispiritwalita’ Franġiskana jimxu l-quddiem f’dawn il-gżejjer.
Dawn il-mistoqsijiet bil-malti jew ingliż għandhom jintbgħatu lill-Ministru Nazzjonali, lis-Segretarju jew lili, l-Kunsillier Internazzjonali, preferibilment b’email kemm jista’ jkun malajr, biex jiġu tradotti bit-taljan, ivvettjati mill-Kunsill Eżekuttiv, u jintbgħatu lill-Ministru Ġenerali. Wieħed irid japprezza li dan kollhu jinvolvi ħafna xogħol u għalhekk aktar mal-mistoqsijiet jintbgħatu malajr aktar ikun aħjar.
Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jagħmel mill-aħjar biex dan il-Kapitlu nagħmluh mument ta’ djalogu, rinnovament u grazzja. Hu mistenni li għal dan il-għan isir talb fil-Fraternitajiet tul ix-xaħar ta’ Mejju.
Talba għall-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Franġiskan Sekular
L-Aktar Għoli u Glorjuż Alla, aħna Nfaħħruk għall-preżenza Tiegħek fid-dinja u għad-don prezzjuż tal-vokazzjoni Franġiskana.
Nitolbuk tnebbaħ lill-ħutna Franġiskani Sekulari hekk kif qed inħejju għall-Kapitlu Nazzjonali.
Agħti l-għerf meħtieġ lill-ħutna li se jieħdu sehem fil-Kapitlu biex joħorġu l-prioritajiet tal-Ordni għat-tlett snin li ġejjin u jaħtru l-dawk li Int trid li jmexxuna u janimawna.
Mexxina u dderiġina biex nimxu fuq l-Vanġelu u r-Regola tagħna aktar mill-qrib, ħa nkunu ħaddiema Miegħek fil-bini mill-ġdid tal-Knisja u d-Dinja.
Nitolbuk dan f’isem Kristu Sidna u bl-interċessjoni tal-Imbierka Verġni Marija, San Franġisk, Santa Kjara u l-qaddisin patruni tagħna Santa Eliżabetta u San Luiġi
Amen.
Contents
This is the site of the Maltese National Council of the Secular Franciscan Order aimed to keep active contact with the Order's Local Fraternities.
It contains links to Maltese and foreign Franciscan sites, videos, powerpoints, formation material, NEWS and Directives, Order's website, and Local fraternity meeting dates.
of current importance
Minuti importanti tal-laqgħa mal-Ministri,
Segretarji u Ekonomi fis-26 ta' April 08
Riflessjoni għall-Jum
(Meħud Mis-Sena tas-Sinjur-San George Preca)
Silta tal-llum mir-regola
“U kull min iħares dan kollu, ikun mimli bil-barka tal-Missier l-aktar Għoli, u fuq l-art ikun mimli bil-barka ta’ l-Iben Maħbub tiegħu flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu…” .Ieqaf aħseb u rrifletti fuq dan li qrajt hawn fuq illum
Skular:Għandi bżonnok, Sinjur Ġesu Kristu, biex jiena ngħix u mmut tajjeb. Għalhekk nitolbok biex tiddereġini dejjem u ma tabbandunani qatt.
Il-Ġimgħa, 30 ta’ April 2010
Il- Kapitlu Nazzjonali - okkażżjoni ta' djalogu u tiġdid.
Posted by
Sec. Franciscan
at
23:31
0
comments
Il-Ħamis, 8 ta’ April 2010
Programm tal-Viżta Fraterna mill-Ministru Ġenerali fl-okkażjoni tal-Kapitlu Nazzjonali

l-Erbgħa 2 ta' Ġunju:- Il-Ministru Ġenerali Is-sinjura Encarnation del Pozo flimkien mal-Assistent Ġenerali Fr. Ivan Matic jaslu Malta’ (bejn wieħed u ieħor għas-2.30 pm.). Nilqugħhom l-Airport u jitwassalu “Rivotorto” fejn se joqgħodu.
Fil-5.30 p.m :- il-Ministru Ġenerali flimkien mal-Assistent Ġenerali tiltaqa mal-Kunsill Eżekuttiv fejn issir il-konferma ta’ dokumenti, il-kontabilita’ finanzjarja, u l-programm ta’ formazzjoni kif ukoll il-lista’ tal-membri .
Il-Ħamis 3 ta' Ġunju
9.00 a.m.:-Il-Ministru Ġenerali u l’Assistent Ġenerali flimkien mat-tlett Assistenti Nazzjonali, il-Ministru Nazzjonali u l-membri tal-Kunsill Eżekuttiv jiltaqgħu mal-Eċċellenza Tiegħu l’Arcisqof ta’ Malta’ Paul Cremona O.P. fir-residenza privata tiegħu f'Ħ'Attard.
10.30 a.m.:- Il-Ministru Ġenerali u l’Assistent Ġenerali flimkien mat-tlett Assistenti Nazzjonali u l-Ministru Nazzjonali jiltaqgħu mal-Provinċjali tat-tlett Familji tal-Ordni Franġiskan fil-kunvent tal-Kapuċċini l-Kalkara.
5.00 p.m. :- il-Ministru Ġenerali u l’Assistent Ġenerali jiltaqgħu mal-membri tal-Kunsilli tal-Fraternitajiet lokali f’Rivotorto, B’Kara.
6.00 p.m. :- Laqgħa mal-Franġiskani Sekulari kollha fl-istess post, jiġifieri fis-sala f’Rivo Torto, B’kara. Kull Franġiskan hu fid-dmir li jattendi għal din il-laqgħa unika mal-Ministru Ġenerali li ġejja propju biex tiltaqa mal-Franġiskani Sekulari kollha - individwalment. Il-ministri tal-Fraternitajiet ingħataw struzzjonijiet għall-preparamenti li għandhom isiru għal dak inhar biex din il-laqgħa tagħti frott u tħeġġeġ fina l-appartenenza w il-parteċipazzjoni fl’Ordni.
7.00 p.m. :- Adorazzjoni Ewkaristika – bħala velja ta’ talb qabel il-Kapitlu (iddum bejn wieħed u ieħor nofs siegħa)
Il-Gimgħa 4 ta' Ġunju
3.15 p.m. :- Jibda f’Rivotorto l-Kapitlu Nazzjonali b’mument ta’ talb segwit mill-introduzzjoni tat-Tema tal-Kapitlu “Nkunu Xhieda” mill-Ministru Nazzjonali.
Wara l-Ministru Nazzjonali jsellem il-Ministru Ġenerali u l’Assistent Ġenerali u dawn iwieġbu u jindirizzaw id-delegati.
3.45 p.m. :- Preżentazzjoni tar-rapport tal-Ministru Nazzjonali. Wara mistoqsijiet u diskussioni mid-delegati.
4.30 p.m. :- Preżentazzjoni tar-rapport tal-Assistenti Nazzjonali u warajh mistoqsijiet u kjarifiki
5.00 p.m.:- Preżentazzioni tar-rapport Finanzjarju segwit minn mistoqsijiet u kjarifiki.
5.15 p.m.:- Waqfa għall-Kafe
5.45 p.m.:- Preżentazzjoni tar-rapport ta’ Formazzjoni
6.00 p.m.:- Diskussjoni fuq ir-rapporti ppreżentati.
7.00 p.m.:- Ngħalqu bit-talb ta’ fil-għaxija.
Sibt 5 ta' Ġunju
9.00 a.m.:- Talb ta’ fil-Għodu u talb lill-Ispirtu Santu - immexxi mill-Assistent Internazzjonali flimkien mat-tliet Assistenti Nazzjonali.
9.30 a.m.:- il-Ministru Ġenerali xxolji l-kunsill Eżekuttiv u tippresjedi l-elezzjoni għall-ħatra ta’ wieħed ġdid għall-2010-2013. Waqt li telenka l-punti essenzjali tal-proċess.
Hawn issir l-elezzjoni ta’ segretarju u żewġ skrutiniera għall-kapitlu u wara jibdew l-Elezzjonijiet. 10.30 a.m. :- Waqfa għall-Kafe
11.00 a.m.:-Tibda l-elezzjoni ppreseduta mill-Ministru Ġenerali.
12.15 p.m.:- Waqfa għall-Ikel
2. 00 p.m.:- tkompli l-elezzjoni
Hekk kif jiġi elett il-Kunsill kollu, jingħalaq il-Kapitlu bl’ Ewkaristija.
Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju
Fil-għodu l-Ministru tiltaq mal-Kunsill il-ġdid f’ħin li jiġi stabbilit fil-ġurnata’ ta’ qabel.
12.30 p.m. – Tluq għall-Airport
Posted by
Sec. Franciscan
at
16:21
0
comments
Is-Sibt, 20 ta’ Marzu 2010
Mill-Fraternita tal-Floriana
Patri Frans serva bosta drabi fil-Kunsill Nazzjonali bħala Assistent Spiritwali u għen ħafna għall-għaqda u fit-twaqqif tiegħu. Patri Frans jidher it-tieni wieħed mix-xellug fir-ritratt.
Flimkien ma’ Patri Frans kellhom l-Anniversarju wkoll Patri Charles Cardona u Patri Modest Gatt. Il-Fraternita ħasset li din hi aħbar sabiħa li xtaqu jaqsmuha ma’ ħuthom t-terzjarji kollha.
Posted by
Sec. Franciscan
at
13:56
0
comments
L-Erbgħa, 3 ta’ Marzu 2010
Elezzjonijiet f'Marija Reġina
Illum wara nofs inhar nżammet l-elezzjoni għall-Kunsill ġdid fil-Fraternita' ta' Maria Reġina fil-Marsa. Barra l-Ministru Nazzjonali attendew għall-elezzjoni wkoll membri tal-Kunsill Eżekuttiv. Din il-fraternita' tħaddan 36 membru u għandha 8 novizzi li mixjin biex jidħlu fl-Ordni. Dan l-aħħar b'imħabba u support li ingħatat rnexxielha tegħleb iż-żmien ftit diffiċli li għaddiet minnhom u illum għall-grazzja t'Alla għanda Kunsill ġdid li nawgurawlu jkompli jaħdem bil-ħeġġa li beda biha. Il-membri li nħatru u li jidrhu hawn taħt qed jieħdu il-ġurament tal-ħatra huma
Ministru :- Nathalie Mallia
Viċi Ministru:- Gejta Farrugia
Segretarja:- Mary Sammut
Kaxxiera:- Doris Attard
Membri:- Sylvia Debono
Nawguraw il-Kunsill ta' din il-Fraternita ħidma siewja biex iġib il-quddiem il-Kariżma Franġiskana fost dawn il-membru u fl'inħawi.
Posted by
Sec. Franciscan
at
22:46
0
comments
Il-Ħadd, 21 ta’ Frar 2010
Rtir tar-Randan organiżżat mill-Fraternita' tal-Kalkara
Illum fin-nofs ta' nhar ta' fil-ġħodu nżamm irtir tar-Randan organiżżat mill-Fraternita' tal-Kalkara. Sena wara l-oħra dan l-Irtir qed isir popolari ma ħafna Fraternitajiet. Xhieda ta' dan kienet l-attendenza numerusa minn ħames Fraternitajiet. Barra mill-membri tal-Kalkara kien hemm dawk minn Għajn dwieli, Rabat, Marsa Trinita, San Gwann u l-Furjana li mlew is-sala kif wieħed jista jara mill-filmat.
Nirringrazzjaw il-Kunsill tal-Kalkara li organizza l-irtir kif ukoll il-Fraternitajiet li ikkollaboraw u ħadu sehem.
Posted by
Sec. Franciscan
at
21:47
0
comments
It-Tlieta, 12 ta’ Jannar 2010
Ċeremonja tad-dħul ta' membri ġodda f'Birkirkara.
Nhar il Hadd li għadda saret ċeremonja ta dħul ta' ħames membri ġodda fil-Fraternia ta' Birkirkara. Dawn kienu Josett u Joseph Aquilina, Steve Attard li hu wkoll seminarista, u Peter u Carmen Saliba.
Fir-ritratt jidrhu (mix-xellug għall-lemin) Josette u Joseph Aquilina, Peter (Ministru), Godwin (Min.Nazz.) Patri Alfred Calleja OFM Conv. Assistent, Steve Attard u Peter u Carmen Saliba.
Steve Attard (is-Seminarista) ġej mill-Mosta, Joseph u Josette Aquilina ġejjin mir-Rabat (Malta) waqt li Peter u Carmen Saliba joqgħodu l-Gharghur. Dawn iż-żewġ koppji it-tnejn għandhom uliedhom novizzi mal-Konventwali u li bħalissa jinsabu jistudjaw Assisi.
Il-Fraternita' xtaqet taqsam dan il-ferħ għax barra li laqgħet din iż-żieda sostanzjali ħasset ukoll li llum inkitbet pagna ġdida fl-OFS peress li qatt qabel ma kien hemm seminarista li beda l-mixja tiegħu fl-OFS.
Steve Attard mill-ewwel wera ħafna entuzjasmu u ħeġġa li ma bħala biex jissieħeb f'dan l-Ordni tagħna. J'Alla l-quddiem, meta jipprofessa, ikun strumentali biex bis-saħħa tieghu, l-OFS ikompli jikber u jissaħħaħ. Aħna nibqgħu nitolbu mhux għalih biss, imma wkoll għal kull min beda din il-mixja fl-Ordni Franġiskan Sekular, kif ukoll għal kull min jixtieq jibdija. Steve għandu bżonn ħafna talb, mhux biss biex jagħraf jimxi l-mixja spiritwali tiegħu, imma wkoll biex ikun saċerdot qaddis, veru appostlu li jwassal il-kelma t'Alla lill-bnedmin. Omna Maria, Missierna San Franġisk, Santa Klara u Santa Eliżabetta żgur li sa jkunu miegħu f'dak kollu li jkollu bżonn.
J'Alla il-Mulej ibierek lill dawn ħutna ġodda u jgħinhom jimxu t-triq li hu wriehom mejuna minn ħuthom.
Posted by
Sec. Franciscan
at
16:14
0
comments
It-Tnejn, 4 ta’ Jannar 2010
Professi Ġodda fil-Fraternita tal-Kalkara
Il-Ministru Nazzjonali indirizza l-membri preżenti qabel iċ-ċerimonja li ġiet immexxija mill-Assistent Spiritwali tal-Fraternita' Fr. Hayden OFM. Cap Williams megħjun minn Fr. Godfrey Zarb OFM.Cap. Laqa' il-professi l-ġodda fil-fraternita' il-Ministru tal-fraternita' Joe Caruana.
Is-sitt membri l-ġodda għaddew minn sentejn novizzjat intensiv li juru b'liema serjeta l-formazzjoni inizjali qed tittieħed minn din il-fraternita' biex twassal il-membri ġodda tagħha għall Professjoni.
Waqt li nifirħu l-membri l-ġodda kif ukoll lil din il-Fraternita' għal din l-għotja ta' Aħwa ġodda, nittamaw li fraternitajiet oħrajn jieħdu bl'istess serjeta l-formazzjoni tal-membri tagħhom għall-ġid ta' l-Ordni fi gżiritna.
Wara iċ-ċerimonja, kif inhu tradizzjonalment f'din il-fraternita', il-fraternita' ngħaqdet f'bibita vera tajba biex tiċċelebra dan l-avveniment kif ukoll il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Posted by
Sec. Franciscan
at
22:36
1 comments