Contents

This is the site of the Maltese National Council of the Secular Franciscan Order aimed to keep active contact with the Order's Local Fraternities.

It contains links to Maltese and foreign Franciscan sites, videos, powerpoints, formation material, NEWS and Directives, Order's website, and Local fraternity meeting dates.

of current importance

Rigward membri mhux attivi,

Minuti importanti tal-laqgħa mal-Ministri,

Segretarji u Ekonomi fis-26 ta' April 08


Riflessjoni għall-Jum

Mejju 10:- Huma sinjali li qatt ma jingannaw lil ħadd meta wieħed huwa ubbidjent u umli u jħobb is-slaleb u ż-żebliħ tiegħu nnifsu. Dan huma sinjali ta’ l-ispirtu li jkun qed imexxi fit-triq tal-verita u tal-gustizzja.

(Meħud Mis-Sena tas-Sinjur-San George Preca)

Silta tal-llum mir-regola

“U kull min iħares dan kollu, ikun mimli bil-barka tal-Missier l-aktar Għoli, u fuq l-art ikun mimli bil-barka ta’ l-Iben Maħbub tiegħu flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu…” .

Ieqaf aħseb u rrifletti fuq dan li qrajt hawn fuq illum

Skular:Għandi bżonnok, Sinjur Ġesu Kristu, biex jiena ngħix u mmut tajjeb. Għalhekk nitolbok biex tiddereġini dejjem u ma tabbandunani qatt.

Is-Sibt, 20 ta’ Marzu 2010

Mill-Fraternita tal-Floriana

Il-Fraternita tal-OFS Floriana xtaqet, permezz tal-website tal-Kunsill Nazzjonali tal-OFS, tifraħ lid-direttur spiritwali tagħha Patri Frans Abela Giusti f’għeluq il-50 sena bħala Presbiteru Kappuċċin. Hu ġie maħtur fit-2 ta’ April 1960 u peress li din is-sena f’dik id-data taħbat il-Ġimgħa l-Kbira, it-tifkira ta’ dan l-anniversarju ġie ċċelebrat b’Quddiesa fil-knisja tal-Kappuċċini l-Floriana, nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġużepp.

Patri Frans serva bosta drabi fil-Kunsill Nazzjonali bħala Assistent Spiritwali u għen ħafna għall-għaqda u fit-twaqqif tiegħu. Patri Frans jidher it-tieni wieħed mix-xellug fir-ritratt.
Il-Kunsill Nazzjonali jingħaqad mal-Fraternita fl-Awguri tagħhom lill-Patri Frans u ukoll jawguralu l-isbaħ affarijet.

Flimkien ma’ Patri Frans kellhom l-Anniversarju wkoll Patri Charles Cardona u Patri Modest Gatt. Il-Fraternita ħasset li din hi aħbar sabiħa li xtaqu jaqsmuha ma’ ħuthom t-terzjarji kollha.

L-Erbgħa, 3 ta’ Marzu 2010

Elezzjonijiet f'Marija Reġina

Illum wara nofs inhar nżammet l-elezzjoni għall-Kunsill ġdid fil-Fraternita' ta' Maria Reġina fil-Marsa. Barra l-Ministru Nazzjonali attendew għall-elezzjoni wkoll membri tal-Kunsill Eżekuttiv. Din il-fraternita' tħaddan 36 membru u għandha 8 novizzi li mixjin biex jidħlu fl-Ordni. Dan l-aħħar b'imħabba u support li ingħatat rnexxielha tegħleb iż-żmien ftit diffiċli li għaddiet minnhom u illum għall-grazzja t'Alla għanda Kunsill ġdid li nawgurawlu jkompli jaħdem bil-ħeġġa li beda biha. Il-membri li nħatru u li jidrhu hawn taħt qed jieħdu il-ġurament tal-ħatra huma

Ministru :- Nathalie Mallia
Viċi Ministru:- Gejta Farrugia
Segretarja:- Mary Sammut
Kaxxiera:- Doris Attard
Membri:- Sylvia Debono

Nawguraw il-Kunsill ta' din il-Fraternita ħidma siewja biex iġib il-quddiem il-Kariżma Franġiskana fost dawn il-membru u fl'inħawi.