May the Child Jesus bring Peace and Joy to every heart this Christmas and throughout the coming year 2008.
Puisse l’Enfant Jésus apporter la Paix et la Joie a tous les cœurs ce Noël et pour l’année à venir 2008.
Che il Bambino Gesù porta la Pace e la Gioia ad ogni cuore questo Natale e per tutto il prossimo anno 2008.
Que el Niño Jesús traer Paz y de la Alegría a los corazones esta Navidad y durante todo el próximo año 2008.
Contents
This is the site of the Maltese National Council of the Secular Franciscan Order aimed to keep active contact with the Order's Local Fraternities.
It contains links to Maltese and foreign Franciscan sites, videos, powerpoints, formation material, NEWS and Directives, Order's website, and Local fraternity meeting dates.
of current importance
Minuti importanti tal-laqgħa mal-Ministri,
Segretarji u Ekonomi fis-26 ta' April 08
Riflessjoni għall-Jum
(Meħud Mis-Sena tas-Sinjur-San George Preca)
Silta tal-llum mir-regola
“U kull min iħares dan kollu, ikun mimli bil-barka tal-Missier l-aktar Għoli, u fuq l-art ikun mimli bil-barka ta’ l-Iben Maħbub tiegħu flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu…” .Ieqaf aħseb u rrifletti fuq dan li qrajt hawn fuq illum
Skular:Għandi bżonnok, Sinjur Ġesu Kristu, biex jiena ngħix u mmut tajjeb. Għalhekk nitolbok biex tiddereġini dejjem u ma tabbandunani qatt.
It-Tlieta, 25 ta’ Diċembru 2007
Wishing you a Holy Christmas
Posted by
Sec. Franciscan
at
00:06
1 comments
It-Tnejn, 24 ta’ Diċembru 2007
L-Erbgħa, 19 ta’ Diċembru 2007
L-Erbgħa, 12 ta’ Diċembru 2007
Rtir tal-Avvent fil-Fraternita tal-Kalkara
"Il-Hadd 9 ta' Dicembru, fin-nofs ta nhar ta fil-ghodu sar Irtir tal-Avvent mill-Fraternita tal-Kalkara. Gew mistednin il-Fraternitajiet l-ohrajn u dawk tal-Marsa Trinita', Ghajn Dwieli, u Floriana attendew. l-Irtir beda b'quddiesa bl-omelija minn Patri Gwakkin Mercieca OFMCap u t-talb ta' sbieh il-jum. Wara l-break konferenza minn Fr.Hayden Williams OFMCap, il-Gwardjan tal-Kommunita', u l-Assistent Spiritwali tal-fraternita. It-Tema kienet fuq xi jfisser il-Milied u it-tahdita iffukat fuq l-imhabba li Alla ghandu ghalina. L-Irtir spicca b'mumenti ta' Adorazzjoni fil-Prezenza ta Gesu' Sagramentat "
Posted by
Sec. Franciscan
at
00:33
0
comments
It-Tnejn, 10 ta’ Diċembru 2007
Elezzjoni u Kunsill Gdid fil-Fraternita ta' B'Kara
Il-Fraternita ta’ B'Kara iccelebrat il-Kapitlu taghha nhar il-Hadd 9ta' Dicembru,2008. Ippresjeda l-elezzjonijiet Pierre Eugene Buttigieg, Vici President Nazzjonali, flimkien ma Fr. Godfrey Zarb,Assistent Spiritwali Nazzjonali - xhud tal-Knisja.
Il-membri eletti u li se jiffurmaw il-Kunsill il-gdid huma:-
Ministru:- Peter Paul Abela
Vici-Ministru:- Antoinette Brincat
Segretarju:- Evelyn Vella Clark
Direttur Formazzjoni:- John Cutajar
Ekonomu:- Godwin Vella Clark
Nawguraw il-Kunsill il-gdid success fit-tmexxija u fl-attiviatajiet li jaghmlu fil-fraternita taghhom ghall-gid ta l-Ordni Frangiscan Sekular. AWGURI.
Posted by
Sec. Franciscan
at
14:51
0
comments
Is-Sibt, 8 ta’ Diċembru 2007
Jum ta' Festa
Kull Frangiskan Sekular ghandu mhabba kbira lejn ommna Maria Santissma. F'idejha San Frangisk fada t-tlett Ordnijiet tieghu. Il-Lum hija l-gurnata meta hija giet iddikjarata Omm u Vergni minghajr dnub - domma tal-fidi. Illum jixraqilha attenzjoni, mhabba u talb specjal. Xejn isbah mis-Salve Regina.
Viva Maria Immaculata
Posted by
Sec. Franciscan
at
00:13
1 comments
L-Erbgħa, 5 ta’ Diċembru 2007
Laqgha ma l-Assistenti Spiritwali Internazzjonali
On Tuesday 4th December the Maltese National Council met the four Ciofs International Spiritual Assistants who were on a visit to Malta. The Fraternal meeting was very cordial and some problems met by our Fraternities were discussed. We thank them all for accepting our meeting request in spite of their very tight schedule. It shows a true Franciscan spirit for which we heartily thank them.
----------o---------0
Nhar it-Tlieta 4 ta' Dicembru l-Kunsill Nazzjonali Malti kellhu laqgha mal-erba Assistenti Spiritwali Internazzjonali assenjati lic-Ciofs u li zaru Malta. Il-laqgha fraterna kienet kordjali hafna u gew diskussi xi problemi li jhabbtu wicchom maghhom il-Fraternitajiet. Nirringrazzjawhom talli accettaw jiltaqghu maghna minkejja il-hafna npegni ta’ xoghol li kellhom. Turija ta’ veru Spirtu Frangiskan. Grazzi minn qalbna.
Posted by
Sec. Franciscan
at
23:47
0
comments
It-Tnejn, 3 ta’ Diċembru 2007
Rtir tal-Avvent
Rtir tal-Avvent 1 u 2 ta' Dicembru 2008:- Kien okkazzjoni sabieha fejn membri minn diversi fraternitajiet iltaqghu flimkien biex jitolbu, jistudjaw u jippruvaw jifmhu aktar x'titlob minnhom il-hajja Frangiskana ibbazata fuq il-Vangelu ta' Sidna Gesu Kristu u ir-Regola mghotija lilhom minn San Frangisk.
L-Irtir kien ikkoncentrat fuq it-talb u kif l-imhabba ghandha tizviluppa fil-milja taghha f'qalb in-nisrani biex jersaq kemm jista lejn dik li Kristu ghandu Ghalina u b'hekk isir jixbah il-Kristu. It-talks Min Fr. Godfrey kienu hafna interessanti u frott ta' ricerka intensiva u Varja, b'punti rqaq imma sinifikativi li wiehed qajla jahseb fuqhom u li taw lok ghal approfondiment permess ta' diskussjonijiet.
Bhala ezempju haj ta dak li konnha qed niddiskutu Godwin Vella Clark tana stampa cara u profonda tal-hajja ta' Santa Elizabetta. Kif il-hajja taghha hija ezempju car u ta' gwida prattika ghal kull Sekular Frangiskan li ghandu jpoggi l-imhabba ta' Alla u tal-proxxmu tieghu bhala priorita fil-hajja tieghu u jibqa miexi wara dan l-ideal b'qawwa minkejja id-difikultajiet, fosthom l-ingratitudni, li wiehed zgur jintaqa maghhom fi trieqtu lejn dar il-Missier.
Dawn l-irtiri maghmulin ghall-Ordni huma okkazzjoni fejn wiehed jiltaqa ma hutu ta Fraternitajiet ohra. Jiltaqa biex jitlob jaqsam il-ferh u in-niket ta' haddiehor, l-hsibijiet u l-aspirazzjonijiet taghhom. Meta jiltaqghu l-ahwa flimkien hemm tkun l-arja ta' Festa.
Posted by
Sec. Franciscan
at
00:46
1 comments
Is-Sibt, 1 ta’ Diċembru 2007
Secular Franciscan Order...come and see..
(click on the picture to start video)
Posted by
Sec. Franciscan
at
01:33
0
comments