Il-passi li ghandhom jittiehdu, fil-qosor, dwar dawk il-membri li mhux attivi.
1. Araw min huma dawk li ma jigux, u kemm ilhom il-boghod mill-hajja tal-Fraternita w ghal liema raguni
2. F’kas ta’ ragunijiet mhux gustifikati, iddisku dan mal-ahwa fl-laqgha special tal-Kunsill wara li taqraw l-artikli li ghandhom x’jaqsmu fir-regola (nu 23) u fil-Kostituzzjonijiet (artikli 56 - 59)
3. Wara li tistudjaw ir-regoli taghna, il-Minister u l-Assistant Spiritwali jridu jniedu djalogu fratern mal-membru, u jippruvaw jigbduh lura lejn il-Fraternita.
4. Nizzlu r-rizultati tad-djalogu fil-minuti tal-laqgha tal-Kunsill.
5. Wara li jghaddi z-zmien mholli ghall-membru biex jerga lura fil-Fraternita, jekk dan ma jkunx beda jiehu sehem normali fil-hajja tal-Fraternita jasal iz-zmien biex:
(a) Issir zjara lill-persun koncernata biex jigi muri lilhu kif tinkiteb talba ghall-irtirar temporanju mill-Fraternita
(b) Jigi spjegat lill-persuna koncernata li wara z-zmien miftiehem (jew anki qabel) tista titlob biex terga tidhol billi tibghat talba bil-miktub lill-Minister. Ghejnuha kif tiktibha meta jasal il-waqt.
(c) Fil-laqgha straordinarja tal-Kunsill (ghall-dan il-ghan), nizzlu l-passi kollha li ttiehdu kif ukoll id-decizzjonijiet li ntlahqu
(d) Ibghatu d-decizzjoni tal-Kunsill tal-Fraternita lill-Persuna koncernata b’ittra rregistrata li notifika tal-konsegna tinghata
(e) Zomm in-notifika li l-persuna rcevieta flimkien mal-kopji ta’ l-ittri, fil-file tal-membru fejn id-dokumenti kollha tal-kas ghandhom jinzammu.
6. Jekk il-membru jkun talab ghall-rtirar temporanju u mbghad ma jirritornax fil-hajja tal-Fraternita, il-Kunsill tal-Fraternita jista japplika artiklu 56.2 tal-Kostituzzjonijiet Generali u jiddeciedi fuq sospensjoni.
7. F’kas ta’ rtirar volontarju u definitive mill-Ordni, il-Kunsill lokali jrid jibghat lill-Ministru, ta’ livell ghola, kopja tal-minuti tal-laqgha w l-korrispondenza relatata mal-kas.
8. Il-Fraternita trid tnizzel dawn il-kazi specifici fil-minuti tal-laqghat tal-Kunsill. Id-dokumenti relatati ta kull kas individwali jridu jigu mdahhla fil-file personali ta dak il-membru.
(mehud mic-cirkulari tal-Presidenza Ciofs numru 18/02-08)
Contents
This is the site of the Maltese National Council of the Secular Franciscan Order aimed to keep active contact with the Order's Local Fraternities.
It contains links to Maltese and foreign Franciscan sites, videos, powerpoints, formation material, NEWS and Directives, Order's website, and Local fraternity meeting dates.
of current importance
Minuti importanti tal-laqgħa mal-Ministri,
Segretarji u Ekonomi fis-26 ta' April 08
Riflessjoni għall-Jum
(Meħud Mis-Sena tas-Sinjur-San George Preca)
Silta tal-llum mir-regola
“U kull min iħares dan kollu, ikun mimli bil-barka tal-Missier l-aktar Għoli, u fuq l-art ikun mimli bil-barka ta’ l-Iben Maħbub tiegħu flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu…” .Ieqaf aħseb u rrifletti fuq dan li qrajt hawn fuq illum
Skular:Għandi bżonnok, Sinjur Ġesu Kristu, biex jiena ngħix u mmut tajjeb. Għalhekk nitolbok biex tiddereġini dejjem u ma tabbandunani qatt.
Il-Ħadd, 1 ta’ Ġunju 2008
Rigward membri mhux attivi
Posted by
Sec. Franciscan
at
23:27
0
comments
L-Erbgħa, 21 ta’ Mejju 2008
Minuti importanti tal-laqgha mal-Ministri, Segretarji u Ekonomi fis 26 ta' April
Minuti tal-laqgha tas-26 ta’ April 2008 dwar ic-cirkolarijiet tal-Presidenza numru 64/02-08 rigward il- Kapitlu Generali, circulari 65/02-08 dwar is-Survey Demografiku u cirkulari 63/02-08 dwar pagamenti dovuti lic-Ciofs li waqaw lura.
Attendew ghall-laqgha minn-nahha tal-Kunsill Nazzjonali.
Pierre Eugine Buttigieg – Vici Ministru li fl-assenza tal-Ministru Nazzjonali mexxa l-laqgha
Charles Grech - Kunsillier Internazzjonali li kien il-kelliemi ewlieni .
Joe Caruana – Segretarju Nazzjonali
Franca Zammit - Ekonoma
Emanuel Vella – Membru
Pietru Pawl Abela – Membru
Fr. Godfrey Zarb – Ofm Cap – Assistant Spiritwali
Ministri, segretarji u kaxxiera mill-kunsilli tal-fraternitajiet lokali attendew, fosthom zewg rapprezentanti mill-fraternita l-gdida tal-Imsida li bhal issa ghaddejja minn zmien ta’ formazzjoni.
Il-Laqgha bdiet b’talba mill-Vici Ministru u s-suggett gie immediatament introdott mill-Kunsillier Internazzjonali – Chalie Grech
Kopja tad-dokument tal-Kapitlu Generali, talba ghall--Kapitlu Generali u “busness card” bl’indirizz tas-site eletroniku tal-Kunsill Nazzjonali, numri tat-telephone ghall-kuntatt kif ukoll tad-diversi membri tal-kunsill gew imqassma lil kull Fraternita. Il-“card” giet mahsuba biex issahhah ir-rabta bejn il-membri tal-Kunsilli tal-fraternitajiet lokali ma dawk Nazzjonali.
Wara spjega qasira fuq il-bzonn u l-vantaggi li jkollok dan is-sit elettroniku bhala mezz biex isahhah il-komunikazzjoni u jservi ta access malajr ghall-dokumenti, cirkularijiet, materjal ta’ formazzjoni, ahbarijiet u taghrif iehor. I-ufficjali tal-fraternitajiet gew imhegga biex ihajru membri li ghandhom access ghall-internet biex jaghmlu uzu minn dan is-sit ta’ spiss, jinkitbu fil-mailing lists u jirrapurtaw direttivi u ahbarijiet important li jsibu lill-fraternitajiet taghhom.
Summarju tal-kontenut tac-cirkularijiet msemija hawn fuq u tad-dokument tal-kapitlu gie mbghad mghoti. Dawn id-dokumenti tpoggew fuq is-sit eletroniku wfficjali gimgha qabel biex jigu kkunslultati u t-tpoggija taghhom giet ikkomunikata lill-dawk koncernati biex ikunu ppreparati ghal-laqgha. Kull punt important f’dawn id-dokumenti gie mfisser fid-dettal. L-obligazzjoni morali fl’ghadd tal-membri attivi u l-ghoti minghajr dewmien tal-kontribuzzjonijiet annuali lill-Presidenza w l-kunsill Nazzjonali gew mishuqa ghall-darba, darbtejn. Il-fraternitajiet gew mhegga biex jibdew dibattiti repetuti fuq it-tema tal-Kapitlu biex ideat validi u ta’ qwalita jigu migbura u mibuta lill-Kunsill Nazzjonali halli wara li jigu studjati u ohrajn mizjuda maghhom, jigu pprezentati mill-Kunsillier Internazzjonali biex jigu dibattuti fil-kapitlu Generali.
Mid-diskussjoni li bdiet u li fiha hadu sehem dawk kollha prezenti qbilna li
1. It-talba tal-Kapitlu Generali ghandha tinghad f’kull laqgha ta’ kull-fraternita sad-data ta’ tmiem il-kapitlu.
2. Novizzi kellhom jigu mdahhla fil-hlasijiet li jintbghatu lill-Fraternita’ Internazzjonali u l-fraternitajiet kellhom jirrevedu l-lista’ tal-membri u l-pagamenti f’dan is-sens.
3. Rigward l-anzjani li ma jattendux minhabba l-eta’ u mard serju, il-fraternitajiet kellhom johorgu sehemhom.
4. Dawk il-membri professi li ma kinux interessati li jkomplu kellhom jigu mnizzla mhux attivi u l-ebda kontribuzzjoni ma tkun dovuta’ ghalihom.
5. Dawk il-membri profess li jhallsu kull sena imma ma jattendu qatt il-laqghat tal-fraternita, ghax li jinteresshom hu dfin fl-oqbra tal-fraternita, jigu rrapurtati mhux attivi. Jithallielhom id-dritt ghad-dfin fil-qobra kif jixtiequ meta jasal il-waqt u l-hlas taghhom imur biex itaffi l-pis li l-fraternita jkollha minhabba l-hlas ta’ dawk anzjani u morda.
6. Biex jinqatghu diffikultajiet u dewmien zejjed il-fraternitajiet ghandhom jibghatu l-kontribuzzjonijiet fil-bidu tas-sena mill-fondi tal-fraternita’ jew mill-gbir li jsir waqt il-laqghat. In-numru ghandu jkun ibbazat fuq dak li l-kunsill tal-fraternita’ moralment ihoss ikunu (a) il-membri attivi attwali (b) membri godda(Novizzi) u (c) dawk li kienu attivi imma issa genwinament morda u xjuh li l-kundizzjoni ta’ sahhithom ma thallijhomx jattendu ghall-laqghat tal-fraternita.
7. Il-Ministru ta’ Maria Regina se jipprova hallas il-kontribuzzjoni li ma thallsux ta’ 2007 mill-ftit fondi tal-Fraternita
8. Il-mewt ta’ membri ta’ O.F.S. ghanda tigi rrapurtat lis-Segretarju tal-Kunsill Nazzjonali u tinghata d-data. Imbghad din l-informazzjoni tigi moghtija lill-Kunsillier Internazzjonali biex tigi aggornata d-data base li fuqha tinhadem id-demographic survey.
9. Fuq spunt li nqala li d-Dokument tal-Kapitlu ghandu jkun mghoti bil-malti, qbilna li traduzzjoni bil-Malti ta’ dan id-dokument kellha tigi mibghata lill-fraternitajiet kollha, kemm jista’ jkun malajr. Madankollhu l-assenza ta’ din it-traduzzjoni bil-malti ma kellha bl’ ebda mod iddewwem id-dibattiti rigward id-dokument tal-kapitlu li kellu jibda mmediatament f’dawk il-fraternitajiet li ma kellhomx diffikultajiet rigward il-lingwa.
10. iI-fraternitajiet gew mhegga biex jibdew dan l-ezercizzju minghajr ebda dewmien u avzati li laqgha ohra ghall-ufficjali tal-Fraternitajiet Lokali kienet se ssir biex jigu diskussi r-rizultati fuq it-tema tal-Kapitlu Generali. Il-Kunsill Nazzjonali kellhu jiddeciedi d-data u javza l-fraternitajiet.
Fr. Godfrey qara l-ittra ppreparata mill-Ministru Nazzjonali li wera s-soghba li ma setax jattendi ghall-din il-laqgha u sahaq fuq il-punti msemmijja hawn fuq u sahhahom b’siltiet mill-kostituzzjonijiet. Din l-ittra kellha tinqara fil-bidu tal-laqgha imma nqrat issa minhabba li waslet ftit tard. Madakollhu moqrija issa kellha effett li tikkonferma u tissigilla dak li kien sar qbil fuqu hawn fuq. Fil-fatt xi fraternitajiet adjustaw il-hlasijiet taghhom mal-ekonoma, kif gie miftiehem, dak il-hin. Ms. Franca Zammit kellha taghti dettalji ta’ l-adjustamenti aktar tard.
Il-laqgha ntemmet b’talba mill-Vici Ministru u bl’ghoti tal-barka minn Fr. Godfrey - Assistant Spiritwali
Posted by
Sec. Franciscan
at
22:50
0
comments
Traduzzjoni tad-Dokument rigward il-Kapitlu Generali tal-Ordni
DOKUMENT TA’ PREPARAZZJONI
BIEX JINTGĦAŻLU L-ARGUMENTI LI GĦANDHOM JIĠU DISKUSSI FIL-KAPITLU TA’ NOVEMBRU 2008
IL-PROFESSJONI TAL-FRANĠISKANI SEKULARI
U KEMM IĦOSSUHOM PARTI MILL-ORDNI
Introduzzjoni
X’inhu l-Ordni Franġiskan Sekular? X’post għandu fil-Knisja?
Min hu l-Franġiskan Sekular? X’jagħmel fil-ħajja tiegħu / tagħha?
X’inhi l-Identità l-aktar importanti ta’ membru ta’ l-OFS fil-Knisja u fil-familja Franġiskana?
Il-Franġiskani Sekulari u l-Ordni kollu, kif jixtiequ jidhru fid-Dinja u x’inhuwa r-rwol tagħhom fiha?
Dawn it-tlett mistoqsijiet importanti mhux biss jagħmluhomlna spiss nies oħra, iżda nistaqsuhom ukoll lilna nfusna u ir-risposta li nagħtu ser titfa’ dawl fuq “Min Aħna” u wara “X’nagħmlu”.
Matul kważi 800 sena mit-twaqqif tagħna, għal aktar minn 500 sena (Sa l-1978 u anki wara), l-Istorja ta’ l-Ordni kienet tispikka l-ħajja “ikkakkmata”, minħabba l-fatt li l-Ordni prattikament qatt ma seta jafferma lilu nnifsu u jieħu r-responsabbiltajiet tiegħu bħala Ordni. Infatti l-Ordni qatt ma tħalla “jikteb l-Istorja tiegħu innifsu”, biex jagħti l-kontribut tiegħu bħala Ordni u jassumi, bħala Ordni sħiħ, ir-rwol providenzjali li huwa tiegħu, fil-kuntest tal-Familja Franġiskana, biex jaqdi l-missjoni mogħtija minn Alla lil Franġisku għalina, għall-ġid tal-Knisja ta’ kull żmien.
Illum din hija ħaġa li saret possibbli u ħafna jiddependi minna.
Il-Knisja, fid-dawl tat-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II, irriflettiet b’mod providenzjali, dwar l-eżistenza tagħna u irrikonoxxiet l-għaqda u l-awtonomija ta’ l-Ordni tagħna fi struttura dinjija ċentralizzata. L-istorja tagħna urietna kif dawn l-elementi, li kienu diġà jeżistu mill-bidu, kienu essenzjali biex jitwettaq għal kollox il-proġett li Alla reħa f’idejn Franġisku għalina, għall-ġid tal-Knisja taż-żminijiet kollha.
Imma aħna verament lesti għal dan?
Sa liema punt u kif immatura ġewwa fina s-sens li aħna nagħmlu parti minn “Ordni”?
Kemm huma verament konxji fil-prattika l-Franġiskani Sekulari individwali li jappartjenu għal Ordni veru, għal Ordni li fl-aħħar, wara 8 sekli għandu struttura magħquda u ċentralizzata?
“…, Franġisku waqqaf Ordni Veru, dak tat-Terzjarji, li mhux marbut bil-voti reliġjużi, bħal-Ewwel u t-Tieni Ordni, iżda bl-istess mod jgħix is-sempliċità tal-ħajja u l-ispirtu ta’ penitenza. Għalhekk, kien hu l-ewwel li ġie mnebbaħ u wettaq, bl-għajnuna t’Alla, dak li ebda fundatur ta’ Ordnijiet Reliġjużi qablu ma rnexxielu jagħmel, li l-ħajja reliġjuża tkun aċċessibbli u mgħixa minn kulħadd.” (Papa Benedittu XV, Enċiklika Sacra Propediem” 6 ta’ Ġunju, 1921)
“Intom Ordni, Ordni Lajk, imma Ordni Veru. Ordo veri nominis, kif il-predeċessuri tagħna u ta’ memorja qaddisa, Benedittu XV (Sacra Propediem” 6 ta’ Ġunju, 1921) sejjħilha. M’intomx, ovvjament, għaqda ta’ nies perfetti; imma għandkom tkunu skola ta’ perfezzjoni nisranija. Mingħajr din il-volontà soda wieħed ma jistax ikun membru ta’ din l-armata glorjuża u magħżula.” (Papa Piju XII, 1 ta’ Lilju, 1956, Diskors lit-Terzjarji ġewwa Ruma)
“… Intom ukoll “Ordni,” kif qal Papa Piju XII: Ordni Lajk, iżda Ordni Veru;” u wara kollox, Benedittu XV kien diġà tkellem dwar “Ordo veri nominis”. Dan l-isem antik – nistgħu ngħidulu medjevali – “Ordni” ma jfisser xejn ħlief li intom imseħbin b’mod intimu fil-familja kbira Franġiskana. Il-Kelma “Ordni” tfisser il-parteċipazzjoni fid-dixxiplina u l-awsterità ta’ dik l-ispiritwalità, filwaqt li tibqgħu fl-awtonomija karatteristika tagħkom tal-kondizzjoni lajka u sekulari, li ħafna drabi titlob sagrifiċċji li xejn m’huma anqas minn dawk li jiltaqgħu magħhom ir-reliġjużi u s-saċerdoti.” (Papa Ġwanni Pawli II, 14 ta’ Ġunju, 1988, Kapitlu Ġenerali ta’ l-OFS)
Kien b’dan il-mod, fi żminijet reċenti, li tlett Papiet ta’ statura kbira u awtorità spiritwali tkellmu dwar l-Ordni Franġiskan Sekular tagħna!
AĦNA ORDNI, ORDNI LAJK, IŻDA ORDNI VERU. ORDO VERI NOMINIS!
Hija ħaġa sorprendenti kif matul is-sekli l-Ordni dejjem ġie msejjaħ “wieħed”, anki meta l-Ordni ma kienx jeżisti bħala entità awtonoma u bi struttura. Mill-1472 sa l-1978 l-Ordni għex fi stat ta’ inferjorità sostanzjali, ta’ diviżjoni u fil-prattika, iddominat. Fir-realtà kienu jeżistu biss Fraternitajiet lokali li kienu, prattikament, “megħmużin” ma’ l-Ordni reliġjuż li kien jieħu ħsiebhom.
Minkejja dan, qatt ma naqset il-kuxjenza li l-Ordni huwa ħaġa waħda u li jaħdem b’mod uniku u unanimu, la fil-kuxjenza tat-“terzjarji” individwali, u lanqas f’dik tal-Knisja.
L-għatx għall-għaqda u awtonomija twieled ma’ l-istess moviment lajk penitenzjali ta’ San Franġisk u għal dawk li jafu l-istorja ta’ l-OFS, huwa magħruf sew kemm, minflok, dawn l-aspirazzjonijiet kienu mxekklin sa mill-bidunett.
Aħna, il-Franġiskani Sekulari tal-lum, nistgħu ngħidu sewwa li aħna pprivileġġjati: aħna protagonisti ta’ epoka storika li fiha l-ħolma tal-predeċessuri tagħna ssir realtà. Huwa assolutament neċessarju li dan nirrealizzawh u li nidħlu fir-rwol tagħna b’mod responsabbli u b’sens ta’ l-istorja tagħna.
l-OFS huwa kreatura fraġli. L-Ordni għandu bżonn jikkonsolida, irid joħloq strutturi ġodda u metodi ġodda u oriġinali ta’ kif naħdmu biex l-Ordni jiffaċċja l-isfidi li d-dinja tippreżentalna, kemm dawk interni (ġewwa l-Ordni), kif ukoll dawk li jiġu minn barra (l-Ordni), biex ikun jista’ jiżviluppa ir-rwol tiegħu b’mod effettiv fit-tielet millenju ta’ l-Istorja Nisranija.
l-isfidi huma mmensi
Huwa neċessarju li “nivvintaw”, “noħolqu” mod ta’ kif ngħixu u norganizzaw ruħna li jikkorrispondi ma’ dak li jitlob Ordni sekulari, li jikkonsisti l-aktar minn nies li huma kompletament impenjati fid-dinja u fl-attivitajiet ordinarji tal-familja, xogħol u s-soċjetà.
Se jkun neċessarju wkoll li naħdmu b’koordinazzjoni effikaċi u b’komunikazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet kollha ta’ l-Ordni, mingħajr ma nitilfu r-realtà li nkunu kullimkien, indaqs u differenti fl-istess ħin, li nesprimu il-kariżma komuni fis-sitwazzjonijiet varji u kumplessi tad-dinja tal-lum, b’dik il-kapaċità li nadattaw irwieħna u dik il-ħeġġa kariżmatika u dejjiema li bihom biss inkunu nistgħu nidħlu fil-ħajja vitali tad-dinja.
l-isfidi jistgħu jiġu megħluba, iżda jistgħu ukoll jintilfu u r-riżultati m’humiex ċerti.
Struttura Ċentralizzata
L-istruttura ċentralizzata kienet, u għadha, neċessarja għall-iskop li tippermetti lill-Ordni li jokkupa l-post li jixraqlu fil-Familja Franġiskana u fil-Knisja u li tkun espressjoni effettiva tal-kariżma Franġiskana fid-dinja sekulari.
In-Novitas (Novità) ta’ Franġisku hija mfissra b’missjoni li għandha bħala spazju tagħha d-dinja kollha u l-istess Papa kkonferma din il-missjoni lilna wkoll sa mill-bidu nett ta’ l-Ordni.
Aħna ngħoddu ma’ l-430,000 professi, li, flimkien ma’ aktar minn 150,000 reliġjużi Franġiskani, rġiel u nisa, għandna d-dmir li nwettqu fiż-żmien u fl-istorja din il-missjoni li l-Kurċifiss ta’ San Damjan ta lil San Franġisk.
Aħna nkunu nistgħu inwettqu dan kollu billi niżviluppaw, ngħixu u nħallu jikber ġewwa fina, f’kull rokna tad-dinja, Sens profond ta’ Appartenenza (li nħossuna li nagħmlu parti mill-familja) u nkunu konxji b’mod ħaj tal-Grazzja tal-Professjoni li għamlitna Franġiskani, li twassal il-vokazzjoni tal-Magħmudija għall-milja tagħha u tgħaqqadna mal-Ġisem ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular u l-Familja Franġiskana kollha.
Professjoni u Sens ta’ Appartenenza
Professjoni u Sens ta’ Appartenenza huma żewġ elementi fondamentali u li għandhom ikunu flimkien biex naqdu l-missjoni tagħna. Mingħajrhom l-Ordni ma jeżistix u ma jistax jeżisti.
Kemm aħna verament konxji tal-fatt li l-Professjoni daħħlitna fi stat ta’ membri “Professi”, li tatna il-karattru Franġiskan u li introduċietna b’rabta ħajja u li ma tistax tinħall fil-ġisem ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular?
Kemm aħna konxji li dan is-sens ta’ Appartenenza, li aħna nagħmlu parti mill-istess ġisem (ta’ l-Ordni), huwa ħafna iktar importanti minn kull apprtenenza oħra bħal ma huma n-nazzjon, il-lingwa, klassijiet soċjali u kulturi biex jagħmluna ġisem wieħed li ma jistax jiġi megħlub, biex jiġi mxandar l-Evanġelju u tiġi restawrata l-Knisja ta’ Kristu u d-dinja mifdija tiġi mogħtija lura lil Alla l-Missier?
Il-Kapitlu Ġenerali
Dawn iż-żewġ elementi fondamentali tal-ħajja tagħna (Professjoni u Appartenenza) huma t-temi għall-Kapitlu Ġenerali li jmiss.
Huwa essenzjali li l-Fraternitajiet Nazzjonali jirriflettu fuq dawn iż-żewġ aspetti sabiex il-konferenzi li sejrin isiru fil-kapitlu mill-kelliema fuq dawn it-temi ma jispiċċawx b’silenzju imbarazzanti ta’ dawk li jattendu il-Kapitlu għax ma jkunux ippreparati.
Il-Kunsillieri Internazzjonali
Huwa għalhekk essenzjali li l-Kunsillieri Internazzjonali kollha jiġu għall-Kapitlu ippreparati tajjeb biex ikunu interpreti fidili ta’ l-esperjenzi u r-riflessjonijiet li jkunu nġabru mid-diskussjonijiet li għandhom isiru isiru f’kull pajjiż biex din ir-riflessjoni fondamentali tal-Kapitlu tkun tista’ ssir mument awtentiku ta’ grazzja, ta’ kairos, ta’ riżoluzzjonijiet qaddisa li jagħmlu l-Ordni b’saħħtu u mimli ħajja, ilkoll flimkien bħala Ordni u mhux iżjed bħala sempliċi individwi impenjati.
Għal din ir-raġuni, nirakkomandaw bil-qawwa kollha, li f’kull Fraternità Nazzjonali, kemm dawk diġà mwaqqfin kif ukoll dawk li għadhom jiġu ffurmati, jiġu organizzati mumenti ta’ riflessjoni serja biex jiġu diskussi dawn it-temi. Il-materjal għad diskussjoni huwa dak offrut f’dan id-dokument.
Id-Diretturi tal-Formazzjoni
Id-Diretturi tal-Formazzjoni ta’ kull livell għandhom ir-responsabbiltà li japprofondixxu flimkien ma’ ħuthom kollha n-natura tal-Professjoni, l-effetti li għandha li ssieħeb il-membru fl-Ordni, u l-obbligi u dmirijiet li din is-sħubija u appartenenza ġġib magħha.
Il-frott ta’ dan ix-xogħol għandu jiġi miġbur u mibgħut lill Kunsillier Internazzjonali biex il-Kapitlu, permezz ta’ dawk li ser jagħmlu l-Konferenzi, ikollu stimoli, dettalji, proġetti u impenji li jippermettu lill-Ordni, u lilna lkoll, jikber, kemm individwalment kif ukoll kolettivament, biex jieħu b’kull responsabbiltà fuq spallejh ir-rwol tiegħu fil-Knisja u fid-Dinja.
Konklużjoni
Nistennew minn għand kull wieħed u waħda minnkom risposta għal din l-ittra biex inkunu nafu l-inizjattivi li kull Fraternità Nazzjonali, kemm dawk diġà mwaqqfin kif ukoll dawk li għadhom jiġu ffurmati, tixtieq torganizza fil-futur.
Ser noffru, bħala eżempju u mudell biss, dawn il-mistoqsijiet bħala linji oħra ta’ diskussjoni u riflessjoni, bil-fehma li għandkom il-libertà kollha li tiżviluppaw dan ix-xogħol kif jidhrilkom.
1. Kemm tagħtih importanza essenzjali l-fatt li inti membru ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular? Il-ħajja tiegħek fil-fraternità tikkonsisti biss f’laqgħa oħra fost l-oħrajn?
2. X’tista’ tagħmel biex tkun aktar involut fil-ħajja intima ta’ L-OFS?
3. Il-Professsjoni, minn-natura tagħha, hija mpenn permanenti. Tgħixa b’dan il-mod?
4. Fl-opinjoni tiegħek, għaliex il-Fraternità lokali hija daqshekk importanti fil-ħajja ta’ l-OFS? Il-Fraterntià tiegħek, kemm qiegħda tagħtik għajnuna biex inti twettaq dak li titlob mingħandek il-Professjoni?
5. Tgħinek l-Fraternità tiegħek biex tibqa’ fidil għall-Professjoni tiegħek u tagħtik Sens ta’ Appartenenza? Inti personalment, kemm tagħmel sforz biex tgħin lill-aħwa tal-Fraternità tiegħek sabiex jilħqu huma wkoll dawn l-għanijiet?
6. Għaliex ridt tidħol fl-OFS? X’kontribut qiegħed tagħti lill-OFS bil-Professjoni u l-preżenza tiegħek?
7. Fl-opinjoni tiegħek, xi rwol kellha r-Regola ġdida fit-tibdil li sar f’li wieħed “iħoss” il-preżenza tal-Ordni u li “jaħmel parti” minnu?
8. Temmen li s-Sens ta’ Appartenenza li inti tgħix illum jikkorrispondi b’mod ġenwin ma’ dak li l-Ordni huwa verament, kemm fin-“natura” kif ukoll il-Missjoni tiegħu? Jew iktar tikkorrispondi ma’ xi ħaġa oħra li kellha postha fil-passat jew kunċett tiegħek personali ta’ l-Ordni?
Jekk taħseb li m’hemmx biżżejjed Sens ta’ Appartenenza fl-Ordni, x’taħseb li hija l-kawża ta’ dan?
1. Nuqqas ta’ formazzjoni?
2. Nuqqas ta’ komunikazzjoni?
3. Nuqqas ta’ kontribut u sharing?
4. Xi ħaġa oħra?
-------------------------------------------
Posted by
Sec. Franciscan
at
22:45
0
comments
It-Tnejn, 28 ta’ April 2008
Talba ghall-Kapitlu Generali tal-Ordni Frangiskan Sekular
L-Aktar Għoli u Glorjus Alla, aħna Nfahhruk għall-preżenza Tiegħek fid-dinja u għad-don prezzjus tal-vokazzjoni Franġiskana.
Aħna Nitolbuk tnebbaħ kull ħuna u oħtna ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular hekk kif qed inħejju għall-Kapitlu Ġenerali fl-Ungerija.
Għati l-għerf meħtieġ il-ħutna li se jieħdu sehem fil-Kapitlu biex joħorġu l-prioritajiet tal-Ordni għas-sitt snin li ġejjin u jaħtru l-dawk li Int trid li jmexxuna u janimawna.
Mexxina u dderigina biex nimxu fuq l-Vanġelu u r-Regola tagħna aktar mill-qrib, ha nkunu ħaddiema Miegħek fil-bini mill-ġdid tal-Knisja u d-Dinja.
Nitolbuk dan f’isem Kristu Sidna u bl-interċessjoni tal-Imbierka Verġni Maria, San Franġisk, Santa Kjara u l-qaddisin patruni tagħna Santa Eliżabetta u San Luigi
Amen.
Din it-talba mahruga mill-Presidenza Ciofs ghandha tinghad f'kull laqgha tal-Fraternitajiet taghna kollha skond direttivi mahruga mill-Presidenza Ciofs
Posted by
Sec. Franciscan
at
02:16
0
comments
Il-Ħadd, 23 ta’ Marzu 2008
It-Tnejn, 17 ta’ Marzu 2008
The Passion of the Christ - Via Dolorosa (Sandi Patti)
Posted by
Sec. Franciscan
at
06:39
0
comments
Battle at Kruger
Minn-Natura:- Ezempju ta' perseveranza, mhabba u sens ta' kommunita li jerbah u jsalva
Posted by
Sec. Franciscan
at
06:06
0
comments
Il-Ħadd, 9 ta’ Marzu 2008
Il-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu 2008
Il-Ġimgħa, 29 ta’ Frar 2008
Ghada l-Belt l-1 ta' Marzu, fil-Kunvent ta' San Frangisk fl-4.00p.m. imiss tahdita mis-serje ta' tahdidiet interessanti ta' formazzjoni ghal dawk li mexjin biex jidhlu fl-Ordni. Dawn it-tahdidiet informativi u nteressanti huma miftuha ghal membri kollha li jixtiequ jattendu. Il-kelliemi se jkun Patri Charles Baldacchino OFM Conv. u it-tema hi "SAN FRANGISK U L-FERH EVANGELIKU".
Nheggu l-kulhadd jattendi.
Posted by
Sec. Franciscan
at
23:16
0
comments
It-Tlieta, 26 ta’ Frar 2008
Adorazzjoni fic-CAK
Il-Kunsill Nazzjonali ltaqa illum fil-Kapella ta' Santa Chiara fic-Centru CAK ghal Adorazzjoni. Id-Direttur Spiritwali Fr. Godfrey Zarb irrifletta l-hsieb u t-talb ta' kulhadd b'talba biex il-fraternitajiet kollha johorgu minn dan ir-Randan msahha u aktar impenjati fl-attivita li kull wahda minnhom taghmel.
J'Alla din tkun it-talba u l-ispirtu ta' kull Fraternita f'dan ir-Randan.
Posted by
Sec. Franciscan
at
22:40
0
comments
Il-Ħadd, 24 ta’ Frar 2008
Il-Fraternita tal-Kalkara organizzat rtir ta' nofs ta'nhar ghar-Randan illum il-Hadd 24 ta' Frar. Ghall-irtir, li l-Kunsill Nazzjonali approvah bhala Nazzjonali, attendew il-Fraternitajiet ta' B'kara, San Gwann, Maria Regina, Floriana u Ghajn Dwieli.

Rtir beda bit-talb tas-Salmi u wara Quddiesa iccelebrata minn Fr. Hayden, Direttur Spiritwali tal-Fraternita tal-Kalkara.

Wara break ghall-café u momenti ta fraternita bejn il-membri tad-diversi fraternitajiet migbura, l-Irtir komlpa b'tahdita mghotija minn Patri Lawrenz Ofm cap. Direttur Spiritwali tal-Fraternita ta' Ghajn Dwieli.
.jpg)
Patri Lawrenz sahaq fuq il-kliem ta' Kristu "ichad lilek innifsek, erfgha salibek u imxi warajja" u l-aktar fuq l-importanza li wiehed imut ghalih innifsu. Id-diversi formi ta' sawm jew cahdiet li wiehed jaghmel matul ir-randan ghandhom skop wiehed, li jghinu l-wiehed inaddaf ruhu mid-dnubiet u n-nuqqasijiet biex jimxi aktar lejn dak l-istat perfett li Alla jridna fih.
l-irtir spicca bi ftit minuti ta' Adorazzjoni, kant ta' inni Eukaristici u Barka Sagramentali.
Hajr il-Fraternita tal-Kalkara tal-organizzazjoni u l-istedina mahrug lill-Fraternitajiet kollha, kif ukoll lil Fraternitajiet li ghogobhom jippartecipaw. Hajr ukoll lill-Ministru Nazzjonali tal-prezenza tieghu flimkien mal-fraternita li turi l-ghaqda bejn is-sekulari Frangiskani Sekulari.

Posted by
Sec. Franciscan
at
21:43
0
comments
Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
Il-Fraternita t'Ghawdex tghalaq 120 Sena
Nhar il-Hadd, 17 ta` Frar, 2008. Il-fraternita`ta Ghawdex iccelebrat il-120 anniversarju mit-twaqqif taghha. Il-membri tal-fraternita` hadu sehem f’quddiesa tad-9.00 mqaddsa mid-Direttur Spiritwali tal-Fraternita Patri Godfrey Zarb. Tkompliet il-laqgha b`konferenza li fiha ha ukoll sehem Godwin Vella Clark, Ministru Nazzjonali, li anki indirizza lil dawk prezenti fl-ahhar tal-Quddiesa.
F`din l-okkazzjoni ghamlu l-vestizzjoni erba` membri godda tal-fraternita` li huma Helen Micallef, Antonia Portelli, Toni Abela u Frank Portelli, ilkoll minn Victoria. Dawn issa bdew il-preparazzjoni taghhom li twassalhom ghall-professjoni fl-OFS.
Ta min jinnota li fir-ritratti id-Direttur tal-Formazzjoni jidher jghati l-kull membru gdid l-Vangelu u r-Regola li huwa l-ghodda primarji - l-aktar mehtiega – li kull Frangiskan Sekular irid jimxi fuqhom.
Awguri Sbieh lill-Fraternita t’Ghawdex u lill-membri godda. J’Alla tkompli taghmel progress il-quddiem li ghamlet f’dawn l-ahhar snin.
Posted by
Sec. Franciscan
at
13:57
1 comments
It-Tnejn, 11 ta’ Frar 2008
Pope John Paul II: Do not let your hearts be troubled
Messsage to all Secular Franciscans
Posted by
Sec. Franciscan
at
02:14
0
comments
It-Tlieta, 25 ta’ Diċembru 2007
Wishing you a Holy Christmas
May the Child Jesus bring Peace and Joy to every heart this Christmas and throughout the coming year 2008.
Puisse l’Enfant Jésus apporter la Paix et la Joie a tous les cœurs ce Noël et pour l’année à venir 2008.
Che il Bambino Gesù porta la Pace e la Gioia ad ogni cuore questo Natale e per tutto il prossimo anno 2008.
Que el Niño Jesús traer Paz y de la Alegría a los corazones esta Navidad y durante todo el próximo año 2008.
Posted by
Sec. Franciscan
at
00:06
1 comments
It-Tnejn, 24 ta’ Diċembru 2007
L-Erbgħa, 19 ta’ Diċembru 2007
L-Erbgħa, 12 ta’ Diċembru 2007
Rtir tal-Avvent fil-Fraternita tal-Kalkara
"Il-Hadd 9 ta' Dicembru, fin-nofs ta nhar ta fil-ghodu sar Irtir tal-Avvent mill-Fraternita tal-Kalkara. Gew mistednin il-Fraternitajiet l-ohrajn u dawk tal-Marsa Trinita', Ghajn Dwieli, u Floriana attendew. l-Irtir beda b'quddiesa bl-omelija minn Patri Gwakkin Mercieca OFMCap u t-talb ta' sbieh il-jum. Wara l-break konferenza minn Fr.Hayden Williams OFMCap, il-Gwardjan tal-Kommunita', u l-Assistent Spiritwali tal-fraternita. It-Tema kienet fuq xi jfisser il-Milied u it-tahdita iffukat fuq l-imhabba li Alla ghandu ghalina. L-Irtir spicca b'mumenti ta' Adorazzjoni fil-Prezenza ta Gesu' Sagramentat "
Posted by
Sec. Franciscan
at
00:33
0
comments